Lokali

5 vittmi fil-ġimgħa kawża tat-tniġġis fl-arja

Accept Analitiċi cookies to view the content.

It-tniġġis tal-arja f’Malta qed iħalli ħames vittmi kull ġimgħa.

U bis-siġar jitqaċċtu u l-karozzi jiżdiedu b’rata ta’ aktar minn 80 karozza kujum…qed jikber it-thassib dwar l-effetti kbar  tat-traffiku fuq is-saħħa taghna, partikolarment is-sahha tat-tfal.

Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni allarmanti…il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne għadu l-anqas biss evalwa dawn in-numri.

“Għadna rridu nivverifikaw dawn il-figuri li ġew ippublikati”

Il-Ministru tas-Saħħa – Chris Fearne

Fil-preżent, l-Unjoni Ewropea tikkalkula li f’Malta hawn bejn 250 u 270 mewt attribwiti għat-tniġġis tal-arja. Madankollu, riċerka aktar reċenti mill-European Heart Journal kważi rduppjat iċ-ċifra għal 575.

Chris Fearne jaqbel li fost oħrajn, dan kollu qed jiġi kawża tat-traffiku eċċessiv fit-toroq.

“Nafu li t-traffiku huwa wieħed mill-ikbar problemi fejn tidħol il-kwalità tal-arja”

Il-Ministru tas-Saħħa – Chris Fearne

Pero ftit wara…waqt li kien qed iwiegeb lill-gurnalisti….il-Vici Prim Ministru l-effett pozittiv jekk twessa’ t-toroq u tagħmel fly-overs.

“Il-fatt li nwessgħu t-toroq u jkollna l-fly-overs huwa fatt importanti ħafna”

Il-Ministru tas-Saħħa – Chris Fearne

Studji juru biċ-ċar li bl-ammont eċċessiv li bih qed jiżdiedu l-karozzi f’Malta, l-ammont ta’ traffiku staġnat li qed jinħoloq sa ma jkun qed isir ix-xogħol u l-fatt li aktar ma twessa’ aktar tagħmel spazju għal karozzi…dan kollu qed iwassal biex is-siwazzjoni tas-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin tmur ghall-agħar. U l-problemi respiratorji qed jizdiedu

Fattur ieħor li juri li anke f’dan is-settur kruċjali, il-Gvern għadu bla pjan… minkejja d-diskorsi sbieħ, il-manifest elettorali Laburista u l-billboards bi propaganda madwar Malta u Għawdex.deused0 \