L-attakkant ta’ Athletic Bilbao Aritz Aduriz ikkonferma li se jkun qed jirtira fi tmiem l-istaġun fl-età ta’ 38 sena biex b’hekk itemm il-karriera ta’ 21 sena bħala plejer professjonali. Aduriz ilu 12-il staġun ma’ dan il-klabb u sa issa skorja 171 gowl.
L-attakkant beda l-karriera magħhom u kellu esperjenzi ta’ ftit suċċess ma’ Mallorca u Valencia. Iżda aktar ma beda jikber, aktar beda jitjieb u f’dawn it-12-il sena lagħab 390 logħba mal-klabb. F’Novembru tal-2016, Aduriz sar l-ixjaħ plejer li skorja mat-tim nazzjonali Spanjol fl-età ta’ 35 sena u 225 ġurnata fir-rebħa ta’ 4-0 fuq il-Maċedonja.
Aduriz qal li jrid jagħmel dan l-istaġun l-aqwa possibbli u saħaq li l-għan tiegħu hu li jikkonċentra fuq il-klabb u l-objettivi tat-tim. L-Ispanjol jibqa’ mfakkar żgur għall-erba’ gowls li skorja meta Athletic Bilbao ħasdu lil Barcelona biex rebħu s-Super Cup Spanjola f’Awwissu tal-2015, unur li temm l-istennija tal-klabb mill-1984 għal unur.
//= $special ?>