Lokali Qorti

Debono jhedded li jagħmel battalja legali wara li l-awtoritajiet qed jirriffjutaw li jeskludu sanzjonijiet

In-negozjant tal-fjuwwil Gordon Debono qed jaħsibha dwar jekk jieħux azzjoni legali kontra l-Gvern wara li akkużah li mar lura minn kliemu wara li f’dikjarazzjoni li għamel fil-Qorti, qal li Malta mhux se timbotta kontrih f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sanzjonijiet internazzjonali fil-konfront tiegħu.

L-Avukat tiegħu Robert Montalto ippreżenta nota ġudizzjarja fil-Qorti fejn qal li l-awtoritajiet għandhom l-intenzjoni jmorru kontra l-kelma tagħhom maħlufa fil-Qorti biex b’hekk qed juru disprezz lejn il-Qorti b’dak li qalu dan l-aħħar. ‘

L-Avukat Montalto qal li huwa se jirriżerva d-dritt li jieħu azzjoni legali ulterjuri, fosthom li jirrevoka d-digriet li sar nhar it-Tnejn wara li twaqqa l-mandat ta’ inibizzjoni kontra l-awtoritajiet wara li dawn qalu li mhumiex se jieħdu passi ulterjuri fil-konfront tiegħu.

Il-battalji legali huma dwar it-talba ta’ Malta li ressqet fil-Kunsill tas- Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biex jiġu ntrodotti sanzjonijiet internazzjonali kontra Gordon Debono u tnejn minn sħabu fin-negozju, l-eks futboller tat-tim nazzjonali Malti Darren Debono u n-negozjant Libjan Fahmi Bin Khalifa.

Qed ikun suspettat li t-tlieta li huma qegħdin imexxu operazzjoni kbira ta’ kutrabandu fil-qasam taż-żejt. Din il-petizzjoni kienet twaqqfet fuq intervent fl-aħħar minuta minn nazzjon Russu, u għalhekk dan il-proċess kien twaqqaf.

Kien għalhekk li sar il-mandat ta’ inibizzjoni minn Gordon Debono, u li dan kien intlaqa’ kontra l-Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin. Dan kien sar biex l-awtoritajiet Maltin ma jieħdux aktar azzjonijiet fil-konfront ta’ Debono u dan ‘f”kull forom’, kemm jekk ikun wieħed nazzjonali jew internazzjonali u ‘partikolarment’ quddiem il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, anke jekk mhux b’mod esklussiv.

B’mod proviżorju l-Qorti kienet laqgħet it-talba għall-mandat ta’ inibizzjoni fit-18 ta’ Lulju u li din kienet ġiet irtirata wara li l-Bord ta’ Monitoraġġ dwar is-Sanzjonijiet, permezz ta’ rappreżentant tiegħu kkonferma b’dikjarazzjoni ta’ ġurament magħmul mill-Prim Ministru u l-Ministu tal-Affarijiet Barranin, li l-Gvern mhux se jieħu azzjoni kontra Gordon Debono f’kull ‘forma ta’ forum’.

L-għada l-Ministru tal-Affarijiet Barranin kien ħareġ stqarrija għall-istampa fejn insista li d-dikjarazzjoni ma tfissirx li Malta kienet qed teskludi l-possibilità li tieħu azzjoni kontra Gordon Debono u Darren Debono fil-futur.
“Ma hemm l-ebda bidla assoluta fid-direzzjonji fuq is-sanzjonijiet minn naħa tal-Gvern kontra Gordon Debono u Darren Debono man-Nazzjonijiet Uniti,” qal il-Ministeru.

Gordon Debono flimkien ma’ Darren Debono kienu arrestati f’Settembru tal-2017 mill-Pulizija Taljana f’Lampedusa u Katanja wara l-arrest ta’ Fahmi Slim Bin Khalifa, magħruf fil-Libja bħala wieħed mill-akbar traffikanti tal-fjuwil.

Kien irrappurtat kif ir-Russja bblokkat talba mill-Gvern Malti għal sanzjonijiet kontra ż-żewġ suspettati, liema talba kellha l-appoġġ totali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u anke tal-membri l-oħra membri.

Madanakollu, fit-talba tiegħu quddiem l-Ewwel Awla tal-Qorti Ċivili, Gordon Debono saħaq li hu qatt ma kien mgħarraf dwar investigazzjoni f’Malta dwaru.

nsista li l-uniku investigazzjoni li jaf biha hija dik li qed jagħmlu l-Qrati Taljani. Il-Qorti Taljana kienet ordnat li hu jinħeles mill-arrest, fosthom għax il-kondotta tiegħu kienet waħda nadifa, xi ħaġa li dejjem insista fuqha l-Avukat tiegħu, Roberto Montalto.