Fl-2014, waqt mass meeting f’Bormla, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien indirizza lill-folla billi qallhom jistaqsu lill-ħaddiem u lis-self-employed jekk tagħmilx differenza żieda fil-petrol u d-diesel… filwaqt li ftaħar li taħt Gvern imexxi minnhu l-fjuwils baqgħu l-istess għax jaf kemm hu diffiċli għall-Maltin li jlaħħqu mal-ħajja b’dawn l-ispejjeż.. Iżda mill-kliem sabih ta’ 5 snin ilu, għar-realtajiet tal-lum – 78,685 persuna f’Malta f’riskju ta’ faqar. Ħaddiema, familji u anzjani li mhux ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar.
U quddiem dawn il-fatti mill-Indiċi tal-Faqar li ħareġ din il-ġimgħa, Net News staqsa lill-Viċi Prim Ministru Chris Fearne jekk il-Gvern hux se jkun qed jieħu miżuri biex jgħin lil dawn l-eluf li jinsabu f’riskju ta’ faqar, Chris Fearne qal li meta tgħolli l-kwalità tal-ħajja u l-istandards tal-ħajja tkun qiegħed tnaqqas il-faqar mill-pajjiż… Bqajna bla tweġiba konkreta – Chris Fearne ma jridx jghid kemm se jkun qed jaghti zidiet fil-Budget li jmiss.
Wiehed irid ifakkar li r-rapport tan-NSO dwar il-faqar hareg ftit tal-jiem biss wara li għola l-fjuwil, il-ħalib u l-posta fost oħrajn. Jidher biċ-ċar li fid-dawl ta’ dan, il-gvern m’għandux pjan għal dawk l-aktar vulnerabli, bil-PN jghid li l-Gvern tilef il-boxla socjali tieghu.
Statistika allarmanti li ħarġet mill-Indici tal-Faqar turi li hemm madwar 36 elf ruħ li m’għandhom biżżejed flus biex iżommu d-dar tagħhom sħuna fix-xitwa, 27 elf ruħ li ma jaffordjawx jieklu laħam, tiġieġ, ħut jew veġetarian u 12-il elf ruħ li mhux jibqalhom biżżejed flus fl-aħħar tax-xahar biex iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-loans tal-bank.ed0 Intense
//= $special ?>