MARSASKALA FISH AND FISH………….. 14 OTTERS NIVEA………………… 10
(2-0), (3-3), (3-3), (6-4)
Marsaskala Fish and Fish huma l-ewwel finalisti tan-knock-out tal-Ewwel Diviżjoni wara li għelbu l-isfida ta’ 14-10 kontra Otters Nivea. Din kienet it-tieni rebħa ta’ Marsaskala fuq Otters f’dan l-istaġun, wara rebħa ta’ 17-11 fl-Ewwel Diviżjoni, b’konfront ieħor jintemm fi draw.
Marsaskala bnew vantaġġ doppju fl-ewwel sessjoni permezz ta’ penalty ta’ Konstantin Averka lejn nofs is-sessjoni u Kristijan Milakovic minuta u nofs wara. Huma saħansitra kellhom vantaġġ ta’ 5-1 sa nofs it-tieni sessjoni iżda Milos Filipovic u Claudio Spiteri Debarro minn man-up ħallew lil Otters fil-logħba.
Wara li Averka wieġeb għal Salamon u żamm il-vantaġġ doppju, Otters irnexxielhom iġibu d-draw għall-ewwel darba permezz ta’ Edward Meli u għal darba oħra Salamon. Iżda doppjetta ta’ Milakovic fl-aħħar minuta tas-sessjoni ħalliet lil Marsaskala b’vantaġġ ta’ 8-6.
It-tim ta’ Dorian Pisani deher li riesaq lejn ir-rebħa b’vantaġġ 11-8 sa tliet minuti u nofs mit-tmiem tal-logħba. Marc Lanzon u penalty ta’ Milos Filipovic ħallew lil Otters jittamaw sa ftit anqas minn minuta mit-tmiem bi ftit anqas minn żewġ minuti għat-tmiem. Iżda fl-azzjoni sussegwenti Milakovic għalaq il-logħba u Marsaskala saħansitra temmew il-logħba b’żewġ gowls fl-aħħar minuta.
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli, M. Manara (1), M. Aquilina, L. Grixti (1), K. Navarro, K. Milakovic (7), K. Averka (4), J. Culic (1), R. Attard, D. Borg Millo, A. Muscat, L. Felice, J. Ciantar
Otters: M. Xerri, C. Spiteri Debarro (1), F. Salamon (3), L. Hyzler, E. Meli (1), M. Lanzon (2), G. Mizzi, D. Dimech, A. Mifsud, D. Zahra, B. Lanzon (1), M. Filipovic (2), D. Camilleri
Referees: Massimo Angileri, Alessio Nicolai
//= $special ?>