Mill-ġdid tfeġġ kriżi politika oħra fir-Renju Unit hekk kif hemm għidut persistenti li l-PM Boris Johnson lest isejjaħ elezzjoni fl-1 ta’ Novembru, eżatt l-għada ta’ Brexit.
Iżda din il-mossa ma niżlet tajjeb xejn mal-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni, b’Jeremy Corbyn determinat li jimblokka kull proċess ta’ Brexit jekk dan ikun f’nofs kampanja elettorali.
Corbyn qed jakkuża lill-Prim Ministru b’komplott, biex il-pajjiż ikollu no-deal Brexit sfurzat u kontra r-rieda tal-Parlament.
Intant, esperti f’Westminister qed jgħidu li din il-kriżi tant qed teskala li hemm possibbilta’ li anke r-Reġina Eliżabbetta II twaqqaf ħesrem il-vaganzi tagħha sabiex tiffoka fuq dak li għaddej fil-Gvern. Dan fost tħassib li issa tista’ tiżviluppa kwistjoni Kostituzzjonali serja.
//= $special ?>