Ir-residenti tal-Isla u ta’ Bormla jinsabu rrabjati dwar l-estensjoni tal-Università tal-Gordanizi, l-AUM – estensjoni bi kwazi d-doppju ta’ li hi bħalissa, u l-pjan li jsir bini ta’ dormitorju għall-istudenti tal-università, f’Bormla, fid-daħla tal-Isla.
Wieħed tajjeb ifakkar li din is-suppost Università qatt ma laħqet l-ghanijiet priċipali li kien ħareġ bihom il-Gvern… qatt ma kienet frekwentata minn biżżejed studenti bin-numri tagħhom dejjem kienu minimi ħafna… pero għal xi raġuni l-gvern tal-Labour irid jestendi din l-istess Università.
Il-bini tad-dormitorju ta’ ħames sulari hu propost li jsir flokk l-unika spazju miftuħ f’Bormla; spazju li anke jintuża ta’ parkeġġ. U għalekk dan l-iżvilupp se jkompli jżid il-problema kbira ta’ parkeġġ li teżisti fiż-żona.


Min-naħa l-oħra l-estenzjoni massiċċa tal-università apparti li se tkompli teqred proġett ta’ tisbiħ li kien għamel Gvern Nazzjonalist f’din iż-żona, ser ikun qed jara l-viżwal ta’ Forti San Mikiel jinħeba, kif ukoll parkeġġ meqrud għal kollox…bir-residenti li tkellmu magħna qalulna li jinsabu mxebba b’dan l-atteġjament tal-Gvern speċjalment meta se jsir għal università li bilkemm tintuża.


Hekk se jidher kif jitlesta l-proġett
“Żgur li m’hemmx bżonn dal-kobor.. pjuttost naħsbu li l-gvern għandu xi ħaġa oħra f’moħħu u mhux università… bilkemm qatt rajna studenti hawn, aħseb u ara…” saħaq magħna wiehed mir-resident.
Id-Direttorat tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar qiegħed jirrakkomanda li d-deċiżjoni dwar id-dormitorju tal-AUM tiġi posposta għal sitt xhur oħra.
Minn naħa l-oħra, hu mifhum li d-Direttorat qed jirrakomanda lill-awtorità biex tagħti l-barka għall-bqija tal-iżvilupp tal-kampus – xi ħaġa li qed tirrabja lir-residenti tal-Isla li għal darb’oħra qed iħossuhom minsijja u njorati mill-Gvern ta’ Joseph Muscat fil-konfront ta’ aktar bini ta’ konkrit.
//= $special ?>