Il-Viċi Prim Ministru Taljan Matteo Salvini qed jinsisti li għandha tissejjaħ elezzjoni ġenerali minħabba li l-koalizzjoni ma tistax taħdem fid-dawl tad-differenzi evidenti li qed jispikkaw bejn il-Lega u l-Movimento 5 Stelle.
Salvini qed jgħid li l-Gvern m’għandux aktar maġġoranza fil-Parlament. U għamilha ċara li mhux se jaċċetta aktar gambetti mill-koalizzjoni tiegħu stess.
Dalgħodu fis-Senat ġiet preżentata mozzjoni ta’ sfiduċja kontra l-Prim Ministru Conte.
Il-kontroversja bdiet wara li Luigi di Maio, mexxej taċ-5 Stelle, baqa’ jopponi l-proġett tal-ferrovija moderna li mistennija tgħaqqad Turin ma’ Lyon permezz ta’ mina li tgħaddi mill-Alpi Franċiżi. Dan il-proġett se jkun finanzjat b’40% tal-fondi mill-UE, u Salvini hu wieħed minn dawk li qed jimbuttah ‘il quddiem.
Il-mina, li oriġinarjament kellha tiswa’ €8.6 biljun, issa se tlaħħaq is-somma ta’ €20 biljun. Iċ-5 Stelle qed jinsistu li din hija ċifra enormi.
//= $special ?>