SIRENS GREENTUBE………….. 7 SLIEMA FRANK SALT…………. 14
(1-6), (3-2), (2-1), (1-5)
Sliema Frank Salt jinsabu pass eqreb li jiksbu l-ewwel unur mill-2015 wara li għaddew għall-finali tan-knock-out b’rebħa konvinċenti ta’ 14-7 fuq Sirens Greentube. B’hekk Sliema baqgħu mhux megħluba kontra Sirens f’dan l-istaġun hekk kif kisbu rebħa u draw fil-kampjonat. Għat-tim ta’ San Pawl il-Baħar din kienet it-tieni telfa konsekuttiva fi tlett ijiem wara telfa oħra kbira kontra San Ġiljan.
Sliema ħasdu lil Sirens fl-ewwel sessjoni li rebħuha 6-1, b’Christian Presciutti jnaqqas id-distakk wara s-sitt gowls Slimiżi. Sirens kienu statiċi fl-ewwel sessjoni filwaqt li kienu traskurati fix-xuttijiet tagħhom, b’Sliema jieħdu vantaġġ mill-ispazji tal-avversarji fid-difiża.
Wara li Nicholas Bugelli kien wieġeb għat-tieni gowl fil-logħba ta’ Presciutti, xutt b’saħħtu ta’ Paul Privitera u Isaiah Riolo mil-lemin naqqsu d-distakk għal 7-4. Fl-aħħar sekondi tas-sessjoni, Sirens kellhom iċ-ċans li jidħlu fil-logħba, iżda John Brownrigg falla mill-viċin u mill-attakk ta’ wara Hoznyansky għamilhom 8-4 b’xutt b’saħħtu.
Dan il-gowl qata’ lil Sirens li komplew jiġru wara l-logħba fit-tielet sessjoni u għalkemm naqqsu d-distakk għal 9-6, ma rnexxielhomx jiskorjaw biex jibqgħu jittamaw fl-aħħar sessjoni.
Sliema għalqu l-logħba b’gowls ta’ Nicholas Bugelli u Mark Meli u għalkemm Privitera skorja għal Sirens, Sliema komplew jikkontrollaw u anki kellhom l-opportunità li jkabbru r-rebħa fl-aħħar nofs tas-sessjoni b’doppjetta ta’ Hoznyansky u Subotic.
Sirens: N. Grixti, J. Zerafa Gregory, C. Presciutti (2), P. Privitera (2), M. Grech, J. Brownrigg, I. Riolo (1), V. Gallo (1), J. Napier (1), E. Aquilina, L. Caruana, M. Sciberras, O. Gauci
Sliema: J. Parnis, J. Gabarretta (3), G. Subotic (2), J. Sciberras, M. Meli (2), N. Hoznyansky (4), M. Spiteri Staines, L. Galea, B. Cachia, J. Gambin (1), Z. Mizzi, N. Bugelli (2), M. Vassallo
Referees: Ronnie Spiteri, Arnaldo Petronilli
//= $special ?>