Wara li fl-aħħar sigħat, il-Pulizija Għawdxija żammet żewġ persuni b’rabta ma’ sparatura fin-Nadur, jidher li issa fil-kustodja tagħhom għandhom ukoll lill-persuna suspettata li filfatt wetqet l-isparatura.
Net News ikkonferma li l-każ seħħ fis-1.45am fi Triq San Kurunatu, fejn allegatament intużat arma tan-nar, x’aktarx senter.
Rapporti oħra qed jindikaw li ż-żewġ persuni miżmuma fil-bidu kienu ħut il-persuna suspettata li spara żewġ tiri fl-arja. Il-persuni kollha huma rġiel l-età tagħhom tvarja bejn it-52 u s-60 sena.
Intant, meta Net News tkellem mad-dipartiment tar-relazzjonijiet mal-media fi ħdan il-korp tal-Pulizija, dawn ma taw l-edba’ dettalji u insistew li ma kienx hemm żviluppi.
//= $special ?>