Wara li ilhom il-ġimgħat jipprotestaw fit-toroq ta’ Hong Kong, issa eluf ta’ persuni eskalaw l-azzjonijiet tagħhom billi bdew bi tlett ijiem sħaħ ta’ protesti fl-ajruport ta’ din il-Belt. Dan sabiex joħolqu aktar kuxxjenza fost dawk li jkunu qed jaslu hemm għal btala.
Id-dimostranti, li nġabru fil-mitjar qed jilbsu lbies iswed u qed jikkapparraw partijiet mis-sala tal-wasliet. Huma armati b’posters b’messaġġi favur il-libertà tal-espressjoni fost l-oħrajn.
Skont xi dimostranti, dawn il-protesti mistennija jkunu protesti paċifiċi. Dan sakemm ma jintervjenux il-pulizija.
Intant l-awtoritaijeit tal-ajruport qalu li huma se jibqgħu joperaw b’mod normali, minkejja dawn il-protesti.
Dawn il-protesti bdew wara li ġiet proposta liġi ġdida tal-estradizzjoni li tagħti lok li kriminali jiġu estradidti lejn iċ-Ċina – xi ħaġa li ġiet kritikata bħala mossa li tista timmina l-libertajiet legali ta’ Hong Kong, u li tista tintuża biex issikket lil min jikkritika lill awtoritajiet.
//= $special ?>