Kultura Lokali

Xi tfisser ‘IDWK’? – Kevin Paul b’kanzunetta ġdida

Kevin Paul lura b’kanzunetta ġdida u li diġa qed tikseb suċċess. Wara numru ta’ siltiet covers u kollaborazzjoni ma’ Shedona flimkien ma’ Gaia Cauchi, lura f’Marzu iddebutta l-ewwel silta oriġinali tiegħu ‘ONE’ li kienet ittra ta’ mħabba lill-ex maħbuba tieghu. ‘ONE’ kisbet suċċess fuq ir-radji u Kevin issa sar isem familjari mal-pubbliku u l-ammiraturi jkomplu jiżdiedu.

Kevin Paul irritorna b’kanzunetta oriġinali ohra li kiteb huwa stess, bi produzzjoni ta’ Siconix. It-titlu huwa ‘IDWK – I don’t wanna know’ u hija silta bi stil differenti iżda xorta fiha melodijja fejn joħroġ t-timbru tal-vuċi ta’ Kevin Paul. Il-lirika flimkien mal-melodijja tal-vuċi li ġew miktubin minn Kevin stess iduru ma’ l-imħabba u r-rispett lejk nnifsek meta tkun f’relazzjoni fejn tkun qed tagħti iktar milli tkun qed tieħu imbagħad jasal dak il-mument fejn tirrealizza li ħaqqek iktar minn hekk, li ma tridx tisma’ iżjed skużi u tiddeciedi li tagħżel lilek nnifsek.

‘IDWK’ ġiet imnediha flimkien ma’ vidjo mużikali li ġie maħdum fuq id-direzzjoni ta’ Steven Levi Vella- direttur li huwa magħruf għall-filmati artistiċi u l-għajn li għandu għad-dettall.

Il-kumplament ta’ l-2019 jidher li ser iġib miegħu ħafna impenji għal Kevin Paul bi prestazzjonijiet skedati kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna kif ukoll xogħol fuq kollaborazzjonijiet ma’ artisti oħrajn bħala awtur u kompożitur.