Splużjoni f’Copenhagen għamlet il-ħsara f’għassa tal-pulizija. Din kienet it-tieni splużjoni fil-belt kapitali Daniża f’erbat ijiem. Il-pulizija qalu fuq Twitter li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
Nhar it-Tlieta li għadda, persuna weġġgħet ħafif meta kien hemm splużjoni oħra barra uffiċċju tal-Aġenzija Daniża tat-Taxxa. Il-pulizija qalu li dan kien attakk intenzjonat, iżda għadhom ma jafux jekk iż-żewġ każijiet humiex relatati.
Dawn l-attakki qed iqajjmu tħassib serju hekk kif huma rari fid-Danimarka, il-pajjiż infatti huwa magħruf għar-reputazzjoni tiegħu ta’ sigurtà għolja u tolleranza soċjali.
//= $special ?>