Internazzjonali

Maltemp kbir jolqot in-Nofsinhar tal-Awstralja

Maltemp fileġ partijiet fl-Awstralja, b’mod partikolari il-bliet ta’ Sydney u Melbourne. Dan hekk kif għexieren ta’ titjiriet kellhom jiġu kkanċellati kawża tal-irwiefen qawwija li f’xi waqtiet laħqu saħansitra l-mija u għoxrin kilometru fis-siegħa.

S’issa mara tilfet ħajjitha wara li waqgħet siġra fuq karozza filwaqt li tfajjel ta’ 4 snin qiegħed jissielet għal ħajtu.

Meterjoloġisti saħqu li t-temperatura mistennija tkompli nieżla hekk kif spjegaw li ilu ma jagħmel daqshekk maltemp fil-pajjiż sa mill-2014.