Andy Murray se jirritorna jikkompeti waħdu fil-Masters ta’ Cincinnati l-ġimgħa d-dieħla. Kien l-istess Murray li fuq il-paġna tiegħu fuq facebook ta din l-aħbar, seba’ xhur wara li bid-dmugħ f’għajnejh fl-Awstralja kien qal li l-karriera tiegħu setgħet ġiet fi tmiemha.
Iżda hu għamel it-tieni operazzjoni f’ġenbu u rritorna ma’ Feliciano Lopez fi Queen’s fid-doppji. Minn dakinhar hu kompla jikkompeti f’din is-sezzjoni, bl-aħħar waħda riċenti tkun it-Tazza Rogers din il-ġimgħa. Hu se jikkompeti permezz ta’ wildcard.
F’Wimbledon, Murray kien qal li jista’ jkun li jirritorna ftit xhur oħra. Il-parteċipazzjoni f’Cincinnati tista’ tkun preludju biex Murray jirritorna jikkompeti fi Grand Slam, hekk kif l-Open tal-Istati Uniti jibda fis-26 ta’ Awwissu, minkejja li t-tennist ta’ 32 sena jista’ jqis li għadu kmieni biex jilgħab fuq ħames sets. Jekk jilgħab f’Cincinnati, Murray isir l-ewwel tennist li jirritorna jilgħab b’mod individwali wara operazzjoni tat-tip li għamel.
//= $special ?>