Lokali

Anzjana misruqa minn darha fil-Belt

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija ta’ persuna wara li seħħet serqa minn residenza fil-Belt Valletta.

Il-każ seħħ is-Sibt waranofsinhar fi Triq Marsamxett meta persuna daħlet f’dar ta’ anzjana u serqet mal-€100 fi flus kontanti.

Filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa, fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li taw il-kura lill-mara li sofriet minn xokk kawża tal-qatgħa.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar il-każ għandu jinforma lill-Pulizija, ankè b’mod anonimu.