Knisja Lokali

Iċ-ċelebrazzjonijiet taċ-ċentinarju tal-Banda tal-Bagri ser jaslu fil-qofol tagħhom b’Oratorju

Sena speċjali għall-banda ta’ Sant Elena hekk kif ser jagħlqu ċ-ċentinarju mit-twaqqif tal-Banda tal-Bagri.

Wara ħidma kbira li saret, mifruxa tul dawn l-aħħar sentejn, issa ser ikun qed jintlaħaq il-qofol fejn fl-okkażjoni tal-100 sena tal-Banda, ser jittella’ Oratorju lil Sant Elena.

L-Oratorju se jsir fil-Bażilika ta’ Sant Elena, bil-banda, kor u vuċijiet.

NET News tkellem mal-President tal-Banda mużikali, Anthony Saliba, li kiteb ukoll il-lirika tal-oratorju u li spjega l-ħidma speċjali li kellha ssir bi preparazzjoni għal anniversarju daqstant importanti.

Raymond Zammit, il-kompożitur tal-oratorju, tkellem dwar il-kompożizzjoni li għamel hu, u dwar is-sinifikat tiegħu fiċ-ċentinarju mit-twaqqif tal-banda.

L-Oratorju ser ikun qed jittella’ nhar it-Tlieta 13 t’Awwissu.