Għadd ikbar mis-soltu ta’ kwiekeb feġġejja jew ħafna jsejħulhom bħala shooting stars, jimlew is-sema tal-gżejjer Maltin fil-jiem ta’ madwar il-festa ta’ San Lawrenz, jum l-10 t’Awwissu.
Il-fenomenu jissejjaħ id-Dmugħ ta’ San Lawrenz. Bażikament dan jiġri għax id-dinja tgħaddi minn post fl-ispażju li fil-passat kienet għaddiet kometa, minħabba f’hekk meta ngħaddu minn hemm ġebel żgħar li jkunu ġa bdew jinħarqu jidħlu fl-atmosfera tad-dinja u aħna dawn narawhom qishom feġġejja
Skont it-tradizzjoni, wieħed għandu jagħmel xewqa waqt li jkun għaddej dan l-ispettaklu fis-sema u din issir realtà.
F’diversi partijiet madwar Malta, Maltin u turisti saru jinġabru biex għal ftit sigħat jaraw il-faxxi tad-dawl jixegħlu s-sema. Postijiet li llum saru sinonimi għal dan huma d-Dwejra f’Għawdex , l-Aħrax tal-Mellieħa u kif ukoll Ħad-Dingli qrib l-irdum.
Intant f’rabta mal-astronomija, l-Għaqda Maltija tal-Astronomija se ttella’ attività bl-isem ta’ ‘Lejla fid-Dwejra’ fil-lejla tal-24 ta’ Awwissu fid-Dwejra ta’ Għawdex, fejn fiha l-pubbliku huwa mistieden jmur u japprezza dak li nistgħu naraw mid-dinja fl-ispazju.
//= $special ?>