Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq tispara żewġ missili ballistiċi fil-baħar

Il-Korea ta’ Fuq sparat żewġ missili fil-baħar. Dan kien l-ħames tentattiv fil-ġimgħat li għaddew. Il-Missili huma maħsuba li kienu missilli ballistiċi għal distanza qasira. Dan ġie rrappurtat mill-armata tal-Korea t’Isfel.

Jekk dan vera sar ikun qed jikser riżoluzzjoni numru 11 tan-Nazzjonijiet Uniti u wasal wara li l-President Amerikan Donald Trump qal li rċieva ittra sabiħa mingħand il-President tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-Un.