L-għaqda Żgħażagħ Brijużi Dinglin, b’impenn speċjali hekk kif se jniedu inizjattiva ambjentali.
Kull sena ż-żgħażagħ Dinglin jorganizzaw waħda mill-akbar attivitajiet miftuħa għall-pubbliku, b’majjalata li sservi il-madwar 500 persuna fis-sena.
Din is-sena, id-Dinglin ser jipprovaw ixejnu kważi għal kollox l-iskart prodott mill-majjalata. Dan b’impenn speċjali li jħeġġeġ lin-nies iġibu l-pożati u l-platti tagħhom mid-dar, minflok l-użu ta’ prodotti li jintremew wara użu wieħed.
F’intervista ma’ NET News, il-koordinatur taż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin, spjega dan l-impenn u l-ħidma partikolari tal-għaqda. Hu rringrazzja wkoll lin-nies tal-appoġġ assolut li wrew
Flimkien ma’ rħula oħra, Ħad-Dingli ser iwaqqaf għalkollox l-użu tal-bżieżaq fil-festa tagħhom fl-isforz favur it-tnaqqis tal-plastik.
Ma’ NET News tkellem ukoll il-Kunsillier Nazzjonalista David Vassallo, li huwa membru tal-Kumitat Festa Esterna Ħad Dingli, li spjega l-ħidma u l-preparazzjoni rikjesta għal festa bħal din.
Il-qofol tal-festa jintlaħaq fi tmiem il-ġimgħa, il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd bil-marċi u diversi attivitajiet li jolqtu lil kulħadd.
//= $special ?>