Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument ma’ raġel ieħor f’ Ħal Qormi. L-argument seħħ għall-ħabta tat-8.00pm.
Raġel ta’ 38 sena mill-Pietà allegatament ġie mbuttat bil-konsegwenza li baqa’ dieħel fil-ħġieġ tat-tieqa tal-istabbiliment.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn seħħ l-argument, bir-raġel jittieħed iċ-ċentru tas-Saħħa f’Ħal Qormi għall-kura. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-aggressur, raġel ta’ 41 sena u residenti Ħal Qormi, telaq minn fuq il-post imma iktar tard instab mill-Pulizija u qiegħed jinżamm għall-iktar stħarriġ.
Il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>