Inċident li seta’ kien ħafna agħar hekk kif karozza inqelbet rasha l-isfel is-Sibt wara nofsinhar f’Tas-Sliema.
Mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident, li seħħ fi Triq Windsor, iżda jidher li l-karozza rikbet fuq il-bankina. Dan b’konsegwenza li kellha impatt ma’ tliet karozzi oħra, u b’hekk mill-inqas erba’ karozzi, inkluż dik li inqelbet sofrew diversi ħsarat.
Fortunatament, minn xhieda li kien hemm fil-post jidher li l-ebda persuna ma sofriet xi feriti. Jidher li l-anqas is-sewwieq tal-karozza li nqelbet ma sofra ġrieħi gravi iżda sofra minn xokk qawwi.
Fuq il-post marru membri tat-tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jgħatu l-assistenza tagħhom.
//= $special ?>