It-tieni ġlieda bejn Anthony Joshua u Andy Ruiz se ssir is-Sibt 7 ta’ Diċembru fl-Arabja Sawdija. Ruiz ħasad lil Joshua fl-1 ta’ Ġunju f’Madison Square Garden fi New York biex rebaħ it-titli IBF, WBA u WBO, f’dik li hi waħda mill-akbar sorpriżi. Hu sar l-ewwel boxer ta’ parentela Messikana li rebaħ it-titlu heavyweight.
Din id-deċiżjoni temmet ġimgħat ta’ spekulazzjoni dwar il-post fejn se ssir din il-ġlieda. Ftit ġimgħat ilu kien donnu ġie deċiż li d-dwell isir f’Madison Square Garden fid-29 ta’ Novembru jew fil-Principality Stadium ta’ Cardiff fl-14 ta’ Diċembru.
Joshua se jfittex li jerġa’ jikseb it-titli mondjali u jsir rebbieħ għat-tieni darba wara li sofra l-ewwel telfa fil-karriera tiegħu fid-debutt tiegħu fl-Istati Uniti. Hu kien rebaħ it-22 ġlieda tiegħu qabel tilef fis-seba’ rawnd. Ir-rebbieħ tal-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tal-2012 għażel li jerġa’ jiġġieled ġlieda kbira hekk kif qed ifittex li jerġa’ jikseb it-titli. Ruiz fil-karriera tiegħu tilef darba biss minn 34 ġlieda u rebaħ 22 minnhom b’knock-out.
//= $special ?>