Lokali

Mara tittieħed l-isptar wara ħabta fil-Mellieħa

Mara mill-Mellieħa kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ fil-11:00 tas-Sibt filgħodu fi Triq Għajn Tuffieħa, fil-Mellieħa stess meta għal xi raġuni karozza misjuqa minn raġel ta’ 47 sena mill-Mellieħa stess kellha mpatt ma vettura misjuqa minn Niġerjan ta’ 35 sena residenti l-Mosta.

Fuq il-post ġie msejjaħ immedjatament tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lil vittma ta 42 sena, li kienet passiġġiera mal-Mellieħi, l-isptar għal aktar kura fejn fortunatament ġiet ċertifiakta li ġarbet ġrieħi ħfief.