Talba tal-Oppożizzjoni biex il-ħabi tal-PA jkun diskuss fil-Kumitat tal-Parlament dwar l-Ambjent u Ippjanar.
Jason Azzopardi, Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u l-Green Initiatives fisem l-Oppożizzjoni kiteb uffiċjalment liċ-Ċermen tal-Kumitat tal-Parlament dwar l-Ambjent u Ippjanar u talab sabiex il-metodu ġdid ta’ ħabi mill-Planning Authority, kif mixkuf mill-midja jkun diskuss mill-iktar fis.
L-Oppożizzjoni temmen f’iktar trasparenza fil-qasam ambjentali, u mhux inqas.
Mhux ta’ b’xejn li l-Kummissjoni Ewropea għadha kemm bdiet infringement proceedings kontra Malta minħabba l-ħabi tal-Gvern fl-Environment Impact Assessments, u li dwaru l-Ministru għall-Ambjent għadu sieket.