Lokali Saħħa

Tidħol fis-seħħ direttiva mill-ħaddiema tal-ambulanzi

Is-sitwazzjoni deskritta bħala “tal-biki”.

Il-UĦM – Voice of the Workers qalet ma’ Net News li ħarġet direttiva bis-seħħ mil-lum lill-ħaddiema tal-ambulanza dan hekk kif tkompliet is-sitwazzjoni deskirtta tal-“biki” f’dan is-settur tas-saħħa. Kelliema għall-UĦM ikkonfermat dan hekk kif illum is-servizz tas-saħħa f’pajjiżna kien qed jaħdem b’seba’ vetturi biss, ħamsa minn Mater Dei, waħda miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u l-oħra miċ-ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.

Il-UĦM qalet li daħlet din id-direttiva li tikkonsisti li l-ħaddiema li jkunu fuq il-Blue Code, l-Emergency Ambulance Responder (EAR) isegwu d-direttiva la darba l-vetturi tal-ambulanza jinħlu għal seba’.

Il-Union ikkonfermat magħna li preżentament hemm numru ta’ vetturi bil-ħsara, bil-ħaddiema jinfilġu biex jippruvaw jagħtu servizz tajjeb lill-pazjent. Net News infatti jista’ jikkonferma li f’ħinijiet minnhom illum kien hemm mal-15-il każ pendenti, b’pazjenti jdumu aktar minn siegħa jistennew l-ambulanza.