Ambjent Lokali

Aktar siġar miżburin mill-Gvern fl-Għammieri

Ritratti li waslu għand NET News juru aktar siġar illi huma vittma ta’ żvilupp li qed isir fl-Għammieri.

Nies urtati li tkellmu ma’ NET News spjegaw kif dawn is-siġar kienu enormi u kienu joffru ħafna dell iżda issa wara tmiem il-ġimgħa, in-nies mhux se jsibuhom l-istess it-Tnejn filgħodu.

Il-Gvern huwa responsabbli għar-razzett tal-Għammieri,u għal darboħra, bl-azzjonijiet tiegħu, qed ikompli jixref kif verament ma jinteressah xejn mill-ambjent hekk kif dan jista’ jiżdied mas-sensiela ta’ azzjonijiet li qed jeqirdu l-ambjent u li jibqgħu jagħtu daqqa’ ‘l isfel fil-kwalità tal-ħajja li jistħoqqlu l-poplu Malti.