Andrea Dovizioso fuq Ducati kiseb rebħa drammatika meta qabeż lil Marc Marquez ta’ Honda fl-aħħar kantuniera tat-28 dawra tal-Grand Prix tal-Awstrija. B’hekk hu rritorna għar-rebħ wara li kien ilu mill-ewwel tellieqa ma jikseb l-ewwel post.
Fabio Quartararo kien fuq quddiem fl-ewwel dawriet, b’Jack Miller, Alex Rins, Marc Marquez u Andrea Dovizioso jsegwu. Dovizioso mar fuq quddiem fis-seba’ dawra iżda mumenti wara Marquez ħa l-kmand tat-tellieqa.
Is-sewwieq Taljan żamm il-livell ta’ Marquez wara li l-Ispanjol kien mar fuq quddiem fl-ewwel nofs tat-tellieqa. Minkejja din ir-rebħa, Marquez għadu b’vantaġġ ta’ 58 punt fuq is-sewwieq ta’ Ducati.
Fabio Quartararo kiseb il-post l-ieħor fuq il-podju segwit minn Valentino Rossi li kiseb l-aħjar riżultat fl-aħħar tlielaq. Maverick Vinales u Alex Rins daħlu fil-ħames u s-sitt post. It-tellieqa li jmiss issir ġimagħtejn oħra fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone fir-Renju Unit.
Kif spiċċaw:1. Andrea Dovizioso 39:34.771, 2. Marc Marquez +0.213, 3. Fabio Quartararo +6.117, 4. Valentino Rossi +7.719, 5. Maverick Viñales +8.674, 6. Alex Rins +8.695, 7. Francesco Bagnaia +16.021, 8. Miguel Oliveira +16.206, 9. Danilo Petrucci +17.350, 10. Franco Morbidelli +20.510, 11. Takaaki Nakagami +22.273, 12. Johann Zarco +25.503, 13. Stefan Bradl +31.962, 14. Aleix Espargaro +34.741, 15. Karel Abraham +48.109, 16. Andrea Iannone +dawra,Ma kklassifikawx: Tito Rabat, Jack Miller, Hafizh Syahrin, Pol Espargaro, Cal Crutchlow
Klassifika tas-Sewwieqa:1. Marc Marquez 230 punt, 2. Andrea Dovizioso 172 punt, 3. Danilo Petrucci 136 punt, 4. Alex Rins 124 punt, 5. Valentino Rossi 103 punti, 6. Maverick Viñales 102 punti, 7. Fabio Quartararo 92 punt, 8. Jack Miller 86 punt, 9. Cal Crutchlow 78 punt, 10. Takaaki Nakagami 62 punt
//= $special ?>