Ambjent Lokali

Is-sitwazzjoni ambjentali deskritta bħala tal-biża’ minn espert internazzjonali

‘Is-sitwazzjoni ambjentali f’pajjiżna hija tal-biża’

Hekk stqarr ma’ The Malta Independent Ian Lansley, li huwa espert b’rabtiet internazzjonali fl-arborikultura u fil-forestrija.

Huwa spjega kif kien jagħti konsulenza lill-Gvern, iżda l-Gvern konsistentament jinjora l-pariri tiegħu tiegħu.

Żied jgħid illi dak li jgħid hu kien jitqies bħala kliem fieragħ u li pajjiżna wasal f’sitwazzjoni fejn il-Gvern ser jeqred lill-gżiritna u m’hemm xejn li l-esperti jistgħu jagħmlu jekk ser jibqgħu jiġu injorati.

Infatti, Lansley qal illi mhux ser jibqa’ jagħti l-pariri tiegħu lill-Gvern jew lill-awtoritajiet ikkonċernati għaliex dawn l-istess pariri jibqgħu jaqgħu fuq widnejn torox.

Ta’ min isemmi illi n-nies qed juru d-dispjaċir u l-iskuntentizza tagħhom għall-aġir tal-Gvern fil-konfront tal-ambjent, iżda l-Gvern jibqa’ jwebbes rasu u saħansitra jinjora l-pariri tal-esperti li jixtiequ l-ġid lil pajjiżna.

Lansley, l-espert li ħareġ jitkellem fuq dan kollu, kellu karigi fl-aktar postijiet prestiġjużi fl-Ingilterra, fosthom il-maniġment tal-ġonna ta’ Buckingham Palace.