Lokali

Neża’ għarwien għax ħadd ma xtralu corned beef

Immigrant mill-Eġittu neża għarwien quddiem uffiċjali taċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi, wara li l-istess uffiċjali ma xtrawlux landa Corned Beef.

Jidher illi l-uffiċjali ma ridux jixtrulu l-corned beef minħabba l-fatt li l-landa tista’ tintuża bħala arma u b’hekk mhix permessa fiċ-ċentru.

Mahmud Ahmed, tressaq il-Qorti b’akkużi li neża għarwien, u minkejja li wieġeb mhux ħati, hu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Id-difiża tiegħu, argumentat li f’dan l-inċident ma weġġa’ ħadd u ma tistax tikkonkludi li dan il-bniedem huwa xi kriminal.

L-Ispettur Trevor Micallef, qal illi dan mhux minnu għaliex l-Eġizzjan ilu dieħel u ħiereġ il-ħabs għall-aħħar ħames snin, meta ħarab minn pajjiżu 6 snin ilu biss.