Sport Waterpolo

Telfa kontra l-Italja għaż-żgħażagħ Maltin fl-ewwel logħba tal-Kampjonat Ewropew

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena fetaħ l-impenji tiegħu fil-Kampjonat Ewropew b’telfa ta’ 20-4 kontra l-Italja f’logħba minn Grupp A. Kif kien mistenni, id-differenza bejn iż-żewġ timijiet kienet evidenti u ma kien mistenni xejn aktar mit-tim Malti għajr li jtemmu l-logħba bl-anqas distakk possibbli. It-tim ta’ Karl Izzo skorja darbtejn f’sitt okkażjonijiet ta’ man-up.

It-tim Taljan kellu vantaġġ ta’ 12-0 wara t-tieni sessjoni, hekk kif rebħu ż-żewġ sessjonijiet 6-0. Filippo Ferrero skorja doppjetta ftit wara l-ewwel minuta tal-logħba. L-andament baqa’ mexxej anki fit-tieni sessjoni, bit-Taljani jiskorjaw il-gowls perjodikament. Tul iż-żewġ sessjonijiet, it-tim Malti kellu okkażjoni ta’ man-up f’kull sessjoni.

It-tim Malti sab ix-xibka darbtejn fl-aħħar minuta u nofs permezz ta’ Jake Muscat minn man-up u Benji Cachia biex għamlu l-iskor 16-2. L-iskor kompla jikber għal 19-2 fl-aħħar sessjoni, b’Jake Bonavia jiskorja minn kontrattakk tliet minuti mit-tmiem u minuta wara Sebastian Busuttil skorja minn man-up. Davide Occhione għamel l-iskor finali 20-4 b’penalty fl-aħħar minuta.

It-tieni logħba ta’ Malta tkun għada kontra t-Turkija fis-1.30pm u t-Tlieta kontra r-Russja fit-8.30pm.

Italja: L. Castorina, F. Cassia (1), A. Mladossich, T. Gianazza (4), D. Occhione (2), F. Condemi (2), A. Caldieri (2), L. Silvestri (2), M. Iocchi Gratta (3), F. Ferrero (3), A. Carnesecchi, J. Parrella (1), R. Spinelli

Malta: M. Vassallo, J. Farrugia, N. Schiavone, G. Melillo, M. Carani, B. Cachia (1), L. Falzon, S. Busuttil (1), G. Farrugia, J. Bonavia (1), M. Chircop, J. Muscat (1), M. Rossi

Referees: Gernot Haentschel (Ġermanja), David Alban (Franza)