Sport Sport Ieħor

Trump iġib fix-xejn lil Murphy u jirbaħ l-International Championship

(Ritratt: World Snooker)

Judd Trump ftit sabha diffiċli biex għeleb lil Shaun Murphy 10-3 fil-finali tal-International Championship. Iċ-champion tad-dinja kellu breaks ta’ 58, 104, 58, 74, 80, 63, 102 u 62 fi prestazzjoni dominanti kontra ċ-champion tad-dinja tal-2005.

Murphy kien għeleb lil Mark Allen 9-6 fis-semifinali iżda ma setax iwaqqaf lil Trump li saħansitra kienu jinsab 5-0 fil-vantaġġ. Murphy irnexxielu jnaqqas id-distakk għal 6-3 permezz ta’ breaks ta’ 87 u 79, iżda Trump rebaħ l-erba’ frames sussegwenti biex aċċerta mir-rebħ tal-ewwel titlu tal-istaġun u t-12-il wieħed tal-karriera.

Din ir-rebħa tpoġġi lil Trump fid-disa’ post fil-klassifika ta’ rebħ ta’ titli ranking ta’ kull żmien. Fl-aħħar sena l-plejer ta’ 29 sena rebaħ il-Masters, il-Grand Prix tad-Dinja u l-Kampjonat tad-Dinja u żgur li se jibda jħares lejn ir-rekord ta’ 36 titlu li jinsab għand Ronnie O’Sullivan.

Dan it-titlu kien l-ewwel wieħed mill-Kampjonat tad-Dinja fi Crucible u għalhekk ifisser li s-sensiela ta’ logħbiet mingħajr telfa għal Trump twalet għal 12-il logħba.