Spjunaġġ permezz ta’ ‘Cyber Attack’ illi prova bosta drabi jaċċessa s-sistema tal-Gvern Malti. Is-suspett hu li dan l-attakk ma sarx biss darba, iżda sar bosta drabi.
Skont il-gurnal Times of Malta, l-attakk li seħħ f’Mejju li għadda ma kienx wieħed ta’ suċċess, għalkemm għadha qed isir ir-riċerka jekk kienx hemm aċċess għal informazzjoni tal-Gvern.
Il-gurnal kwota kelliem tal-MITA, illi sahaq li l-Agenzija qed tissuspetta li l-hackers kienu Russi; il-grupp magħruf bħala Turla. Dan il-grupp huwa grupp ostili ta’ spjunaġġ ċibernetiku li huwa magħruf li jaċċessa informazzjoni sensittiva tal-gvernijiet u jinnegozjaha.
Il-grupp ilu attiv sa mill-2008.
Intqal li l-attakk seta’ kien maħsub biex ikun ta’ tfixkil u jippermetti li l-hackers potenzjalment iwaqqfu s-sistemi tal-Gvern Malti.
L-istess sorsi qalu li l-attakk inqabad permezz tas-sistema tad-difiża tal-istess MITA u kien imblukkat mill-ewwel.
Esperti tal-Microsoft għenu biex anki issir reviżjoni tal-attakk, u sar studju pass pass ta’ kif dawn setgħu jaċċessaw is-sistemi tal-Gvern. L-istess esperti infatti x-xahar li għadda waslu għall-konklużjoni li l-attakki fuq l-awtoritajiet Maltin kellhom karatteristiċi simili ghal dawk li pruvaw jiksbu aċċess ghas-sistemi tal-IT ta’ gvernijiet oħra. Minħabba f’hekk, kibru s-suspetti fuq il-grupp Turla.
Intant intqal li s-Servizzi ta’ sigurtà f’Malta qed jipprovdu wkoll għajnuna billi jgħaddu l-informazzjoni miġbura minn dan l-attakk, lill-gvernijiet oħra li ġew attakkati wkoll, b’cyber attacks simili.
//= $special ?>