Lokali Parlament

Ebda deċiżjoni finali dwar il-policy fuq il-fuel stations

Il-policy tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar ir-rilokazzjoni ta’ diversi fuel stations ma sabitx l-approvazzjoni tal-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent wara numru ta’ oġġezzjonijiet li tqajjmu mill-Oppożizzjoni, minn għaqdiet ambjentali u anki mill-istess Ministru għall-Ambjent Josè Herrera.

Il-Kumitat Parlamentari iddiskuta l-fuel stations policy fejn iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg ta dettalji dwar is-siti li kienu identifikat numru ta’ siti għall- fuel stations. Hu qal li qabel l-2015 ma kienx hemm policy u spjega li kienu identifikati 20 fuel station li setgħu jiġu rilokati.

fuel stations ġodda jridu jkun suġġetti għal diversi kundizzjonijiet u żoni partikolari bħal żoni industrijali, żona miftuħa iżda ekluż żoni residenzjali u żoni fejn ikun hemm periklu. Dawk il-petrol stations li għandhom 1,000 metru kwardu f’żona ta’ żvilupp, meta joħorġu barra miż-żona tal-iżvilupp irid ikollhom l-istess massimu ta’ 1,000 metru kwadru. Min jinsab f’żona industrijali mhxu se jkollu limitu ta’ 1,000 metru kwadru.

Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera intervjena u qal li ODZ għandu jibqa’ ODZ u għalhekk għandu riserva li f’żona ta’ containment, m’għandux ikun hemm eċċezzjoni dwar din ir-restrizzjoni.

Johann Buttigieg kompla li l-fuel stations m’għandhomx f’art agrikola u żoni protetti oħra inkluż il-viċinanzi ta’ kmamar tan-nar, 150 metru ‘l bogħod minn skola. Dawk li ilhom ma jużaw il-petrol stations għal 30 sena jew li din mhix tintuża għall-iskop oriġinali tagħha, l-AP tordna li din tingħalaq u l-art terġa’ tirritorna bħala waħda agrikola. Dan jgħodd għal min se japplika taħt din il-policy inkluż it-12-il appikazzjoni pendenti.

Il-Ministru Herrera qal li din il-policy hi ħafna aħjar mill-policy li kin hemm qabel u hi titjib kbir fuq dak li kin hemm qabel. Din hi policy bilanċjata ħafna u tagħmilha ferm aktar diffiċli biex wieħed jakkwista pompa tal-petrol speċjalment f’ODZ. Hu qal li ma jaqbilx ma kollox u kien xtaq li ma jkunx hemm pompi tal-fuel f’ODZ iżda jifhem lil min ikun responsabbli minn setturi oħra. L-art li se tintuża fl-ODZ se tkun ferm iżgħar, qal il-Ministru Herrera, li kompla li ma jaqbilx mad-designated area. Il-Ministru Herrera qal li din hi policy pożittiva li aġġornat il-policies tal-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi staqsa dwar fuel stations ġodda fejn il-Kap Eżekutiv tal-AP Johann Buttigieg qal li jistax jkun hemm applikazzjonijiet għal pompi ġodda f’designate sites iżda rikolazzjonijiet biss. Hu qal li n-numru ta’ pompi tal-fuel eżistenti mhux se jiżdied għaliex jista’ jkun hemm riklokazzjonijiet biss. Bħalissa hawn 89 pompa tal-petrol fil-pajjiż. Din il-policy tappika għall-applikazzjonijiet pendenti ukoll.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi staqsa dwar il-policy li biha l-pajjiż fi żmien 30 sena jaqbel għall-enerġija u kif din tinkwarda f’dan il-kuntest. Hu staqsa xi skop hemm li jkun hemm rilokazzjoni ta’ fuel station żgħira għal waħda ta’ 1,000 metru kwadru. X’se jsir minn dawn il-petrol stations kbar li issa tkun ittieħed u li din hi ODZ?, staqsa Jason Azzopardi, li staqsa wkoll x’se jiġri minn dak is-sit f’dawk iċ-ċirkostanzi.

Johann Buttigieg qal li l-fuel stations ma jinkludux biss fuels iżda diversi servizzi oħra li xorta jridu jibqgħu jingħataw fosthom ħasil ta’ karozzi, bdil ta’ tyres u servizzi oħra. Dan hu l-bilanċ li irridu nilħqu u għalhekk saret il-policy, sostna Johann Buttigieg.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopadi qal li petrol station għandha ħajja ta’ 20 sena u ppropona li b’mod immedjat ikun iffissat minn issa x’jista’ jsir mill-art tal-fuel station meta ma jibqax jintuża l-fuel. Hu qal li l-policy tal-2015 qerdet ħafna art ambjentali.

Id-deputat Laburista Alex Muscat staqa lil Jason Azzopardi jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni dwar il-fuel stations. Jason Azzopardi qal li l-pożizzjoni tiegħu hi kontra l-ispekulazzjoni tal-art.

Il-Ministru għall-Ambjent Josè Hererra qal li kull meta kien hemm liġi li lleġiżlat għall-futur dejjem żbaljat u għalhekk hu eżerċizzju skorrett li l-eżekuttiv ta’ 30 sena oħra jkun marbut minn issa. Hu qal li hi biss il-kostituzzjoni li torbot il-futur. L-ambjent hu dritt fundamentali, sostna l-Ministru Herrera, li kompla li ħadd ma jista’ jgħid x’se tkun is-sitwazzjoni taż-żoni fil-futur. Jista’ jkun li art in kwistjoni ma tibqax ODZ, sostna Josè Hererra, li qal li gvernijiet suċċessivi jistgħu jibdlu l-liġijiet.

Jason Azzopardi qal li din hi irresponsabbiltà għaliex il-gvern jista’ jordna x’isir wara li jintemm il-kuntratt. Hu staqsa jekk 20 sena oħra jistgħu jinbnew appartameni fuq dawn is-siti.

Il-Ministru Herrera qal li dak li qed titlob l-Oppożizzjoni diġà qed isir u hu speċifikat għaliex ma jistax isir bdil ta’ użu.

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li dak li qed jallega Jason Azzoaprdi mhux minnu u qal li kien gvern Nazzjonalista li kabbar l-iskemi ta’ żvilupp fl-2006.

Iċ-Chairman tal-Kumitat u deputat Laburista Alex Muscat staqsa lill-Oppożizzjoni x’inhi l-pożizzjoni tal-PN dwar dan.

Johann Buttigieg qal li ma jafux x’inhuma l-pjani dwar l-ammont ta’ karozzi, xi strateġiji differenti jista’ jkun hemm u għalhekk ma jistax jispjega x’se jsir 20 jew 30 sena oħra. Hu qal li din hi policy ferm iktar ġusta u bilanċjata. Mill-2016 inħarġu biss erba’ petrol stations waqt li qabel kienu nħarġu tlieta.

Id-deputat tal-PD Godfrey Farrugia qal li m’hemmx bżonn ta’ iktar minn 50 pompa tal-fuel fil-pajjiż iżda espriema diżappunt għad-dewmien tal-AP biex ressqu din il-policy. Hu nsista li ma jsirux fuel stations max-xtut.

Il-Kap Eżekuttiv tal-AP qal li m’għandux diffikultà li tiddaħħal fil-liġi ma jsirux fuel stations ma’ xatt il-baħar. Hu spjega li l-fuel stations se jkunu jistgħu jagħtu gass ukoll.

Id-deputat tal-PD Godfery Farrugia qal li ma jaqbilx li jingħataw iktar permessi fl-ODZ

L-attivist favur l-ambjent Andrè Callus mill-Moviment Graffitti qal li minkejja li din il-policy hi naqra aħjar iżda ftit jista jkun hemm rikonoxximent għal dan għaliex il-policy l-oħra kienet pastażata. Hu kkritika d-dewmien ta’ sena u tmien xhur biex saret id-diskussjoni dwar din ir-reviżjoni. Hu qal li hemm suspetti wara dan dewmien għaliex tul dan iż-żmien kien hemm għoti ta’ permessi ta’ fuel stations.

Hawn qed jinqered il-futur tagħna u mhux aċċettabbli li ssir it-tielet konsultazzjoni. Qed titnejku bin-nies! irrimarka Andrè Callus, li kompla li l-pajjiż għadu għaddej bi żvilupp salvaġġ li qed thedded il-futur tal-poplu.

Andrè Callus tkellem dwar l-ODZ bil-Ministru Herrera jipproponi li fl-ODZ il-qis tal-pompa m’għandux ikun ikbar mis-sit diġà okkupat iżda jekk tkun ta’ iktar minn 1000 metru kwardu jitnaqqas għal 1,000 metru kwadru.

Andrè Callus qal li din l-policy għandha problemi ambjentali fosthom li m’hemmx limitu dwar il-qis tal-pompi biex b’hekk mhux ċar kemm iridu jkunu kbar dawn il-pompi f’open storage site jew area of containment. Min japplika għal pompi tal-petrol għandu jkun qed japplika verament għal dan l-iskop, sostna Andrè Callus.

Iċ-Chairman tal-AP Johann Buttigieg qal li l-punti mqajma se jkunu kkunsidrati biex terġa’ issir konsultazzjoni pubblika. Hu qal li t-89 pompa tal-fuel ma kinux approvati issa.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi talab li jittieħed vot biċ-Chairman iwieġeb li dan id-dokument se jweġa’ jintbgħat lill-AP u jekk jittieħed vot allura dan ikun jorbot. Id-deputat Godfrey Farrugia qal li l-Oppożizzjoni ma taqbilx li fl-istadju tal-pajjiż ma taqbilx li għandu jkun hemm rilokazzjoni ta’ fuel stations minn żoni urbani għal żoni ODZ. Il-Ministru Herrera qal li hu ppropona emenda iżad Godfrey Farrugia nsistna li din trid tkun ċaħda totali u mhux emenda. Iċ-Chairman tal-AP qal li din il-policy se terġà titla’ għall-konsultazzjoni pubblika. Jason Azzopardi qal li la darba se jerġà jkun hemm diskussjoni oħra mhux se jinsisti għall-vot f’din is-seduta. Il-konsultazzjoni se tibda f’nofs Settembru.

Fil-bidu tal-laqgħa d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ressaq talba lill-Kumitat dwar diskussjoni kif l-informazzjoni tkun aċċessibbli għall-pubbliku partikolarment dwar rapporti li dehru fil-media dwar tibdil fuq il-webs-site tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Iċ-Chairman tal-Kumitat id-deputat Laburista Alex Muscat rrifera lid-deputat Nazzjonalista għal ruling tal-Ispeaker li fih kien qal li kull diskussjoni li tkun ‘il barra mill-liġi li waqfet il-Kumitat għadha issir wara riżoluzzjoni li titressaq fil-parlament. Id-deputat Nazzjonalista staqsa jekk dan ifissirx li biex issir diskussjoni dwar dan hemmx bżonn li titressaq riżoluzzjoni parlamentari.

Jason Azzopardi qal li m’hemmx dubju li ċ-Chairman irid jimxi skont il-liġi u skont ir-ruling tal-Ispeaker iżda dan ir-ruling qed ikun interpretat ħażin. Hu qal li dan il-Kumitat se jinqatel u spjega li l-liġi tgħid li l-Kumitat tal-Kamra jista jiddiskuti kull materja riferuta lilu mill-Att dwar l-Ambjent; liema Att jispjega li kull ċittadin għandu dmir li jressaq affarijiet li huma fid-dominju pubbliku għall-attenzjoni tal-Kumitat.

Jason Azzopardi qal li f’dan il-kuntest anki d-deputati għandhom id-dmir li jressqu suġġetti li huma ta’ importanza għall-ambjent. L-interpretazzjoni taċ-Chairman tal-Kumitat hi korretta għaliex jekk kull suġġett imur quddiem il-parlament allura dan jieħu xhur u l-kumitat għall-Ambjent jispiċċa. Ma rridx inkun kompliċi li ngħix gidba, sostna Jason Azzopardi.

Iċ-Chairman qal li qed tittieħed nota ta’ dak li qed jintqal u hu beħsiebu jimxi mar-ruling tal-Ispeaker. M’hemmx dewmien għaliex jekk il-parlament jaqbel allura issir diskussjoni, sostna d-deputat Laburista u Chairman tal-Kumitat għall-Ambjent u l-Ippjanar Alex Muscat. Hu qal li l-Oppożizzjoni tista’ tressaq it-talbiet tagħha lill-Ispeaker għal diskussjoni u nsista li hu kien se jimxi mar-ruling tal-Ispeaker.

F’dan il-mument daħal fil-Kumitat il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera li staqsa x’kien qed jiġi diskuss.

Id-deputat Nazzjonaliata Jason Azzopardi qal li l-Oppożizzjoni qed tkun ridotta għal osservatur u talab ruling mill-Ispeaker biex kun dikjarat jekk membru tal-Kumitat għandux id-dritt li jressaq suġġetti għal diskussjoni fi ħdan il-Kumitat.

Id-deputat Godfrey Farrugia qal li r-ruling intalab bi skop biex jigħalaq ħalq dan il-kumitat.

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri ppropona li l-Oppożizzjoni tara liema suġġetti trid tiddiskuti u t-talba titressaq lill-Ispeaker.

Il-proposta tal-Awtorità tal-Ippjanar hi li tkun riveduta l-policy fil-Partial Local Plan review tan-North West f’Ta Kalċ f’Ħad Dingli. Iż-żona kienet proposta fl-2001 fil-Pjan Lokali biex tkun inkluża fiż-żona tal-iżvilupp wara li fl-1989 din tħalliet ODZ.Il-proposta kienet sartet parti miż-żona tal-iżvilupp fl-2006. Dak iż-żmien il-MEPA kienet identifikat 36 sit biex jidħlu fiż-żona tal-iżvilupp. Din iż-żona kienet maqbula li tkun ta’ tliet sulari u basement ta’ tliet sulari. Kien hemm oġġezzjoni mill-ministru dwar l-ogħli għaliex il-pożizzjoni kienet li dan ma jaqbiżx iż-żewġ sulari. L-Awtorità kienet imxiet mal-pożizzjoni tal-ministru.

F’Settembru 2018 l-Awtorità rċeviet minti ta’ laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli fejn inqtal li fiż-żona l-bini kollu kien ta’ tliet sulari. It-talba kienet diskussa fil-kunsill eżekuttiv tal-Awtoità u f’Diċembru 2018 ħareġ l-objective fir-review tal-Pjan Lokali fejn kien hemm tibdil fl-ogħli tal-bini. It-talba kienet sekondata mill-kunsillier David Vassallo bi qbil unanimu tal-kunsill.

Il-proposta issa hi li nofs is-sit ikun ta’ 17-il metru u n-nofs l-ieħor 15.5 metru f’ogħli. L-oġġezzjoni tl-ERA kienet li se jkun hemm impatt viżwali waqt li l-FAA oġġezzjonat għall-impatt viżiv, il-pubbliku mhux se jiggwadanja, li l-konsultazzjoni saret fil-festi u li se jkun hemm lok ta’ spekulazzjoni.

Claire Bnello f’iem l-FAA qalet li se jkun hemm impatt kbir fuq iż-żona u sostniet ma kien inbidel xejn mill-cabinet memo. Din hi t-triq li tasal għal Dingli Cliffs u hi waħda mill-iktar żoni xenografiċi f’Malta li issa fiha se jinbena ħajt ta’ 15-il metru.

Id-deputat tal-PD Godfrey Farrugia ppropona li dan il-pjan jerġa’ jkun diskuss waqt li d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li għandu diffikultà jara r-razzjonal tagħha għaliex anki l-istess Awtorità tal-Ippjanar kienet ħadet pożizzjoni opposta għal dik li qed ieħu llum. Hu qal li m’hemm raġuni ta’ ippjanar konvinċenti li tiġġustifika żieda fl-ogħli u sostna li kien lest jivvota kontra iżda ried ikun jaf x’inuma l-konsegwenzi.

Id-deputat tal-PD Godfrey Farrugia ukoll ma qabilx ma’ din il-proposta.

Id-deputati Laburisti ivvotaw favur it-tibdil propost u għalhekk il-bidliet kienu approvati.