Għall-ħabta tat-tlieta, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’bajja taħt Tigne’, f’Tas-Sliema, minħabba li kien hemm persuna mitluf minn sensieh fil-baħar.
Il-vittma, li rriżulta li kien Eritrean ta’ 42 sena, ttelgħa l-art minn xi nies li kien hemm fuq il-bajja. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, sfortunatament huwa ġie ċċertifikat li tilef ħajtu.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.