Lokali

FILMAT: Nar jaħkem stabbiliment kummerċjali f’Tas-Sliema

Ħsara f'unit tal-AC tikkawża splużjoni

Nar ħakem it-tieni sular ta’ blokka ta’ uffiċini fi Triq il-Kbira f’Tas-Sliema.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fil-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Diversi persuni qalulna li l-ħaddiema f’din il-binja ġew evakwati lejn Triq Bisazza.

Għadu mhux magħruf x’ikkawża dan in-nar, għalkemm sorsi qed jindikaw li f’wieħed mill-uffiċji kien hemm unit tal-arja kondizzjonata illi spolda.

Aktar dettalji ‘l quddiem.