Matul il-lel li għadda seħħ inċident fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl viċin id-daħla għall-Ħeliport.
Minn informazzjoni li waslitilna jidher li kienu involuti tliet karozzi.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Dan l-inċident ikompli ma’ sensiela ta’ inċidenti tat-traffiku li ta’ kuljum qed iseħħu f’din it-triq partikolari li tgħaqqad ir-Rabat Għawdex mal-port tal-Imġarr…u r-residenti ilhom żmien twil jappellaw lill-awtoritajiet sabiex jittieħdu miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà kemm tal-istess residenti ta’ Għajnsielem kif ukoll tas-sewwieqa li jgħaddu minn din l-arterja.
//= $special ?>