Wara xhur twal ta’ “ħela ta’ ħin”, il-Policy tal-Pompi tal-Petrol, b’sorpriża għal bosta, se terġa’ tmur għall-konsultazzjoni.
Dan ħareġ mill-kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u Ippjanar fejn saret diskussjoni dwar il-policy l-ġdida li tirrigwardja l-pompi tal-petrol u ir-rilokazzjoni ta’ uħud mill-pompi tal-petrol preżenti.
Intant l-Oppożizzjoni permezz tal-pressjoni li qed twettaq waslet lill-Gvern jemeneda dan id-dokument.
Fil-laqgħa kien hemm preżenti numru ta’ NGO’s illi urew id-dispjaċir tagħhom lejn il-mod kif saret din il-policy. Fosthom id-dewmien fl-aġġornament u d-dokumenti li jittrataw din il-policy tal-pompi.
It-tħassib kiber wara li intqal illi se jkun hemm it-tielet konsultazzjoni pubblika dwar din il-policy, bil-Gvern jibqa’ jaħrab milli jieħu pożizzjoni favur l-ambjent.
“Hawnhekk hawn il-futur tagħna fin-nofs, il-pajjiż tagħna qed jinqered biċċa biċċa”
Tul il-laqgħa id-Deputat min-naħa tal-Gvern, Clint Camilleri, bosta drabi għolla leħnu, u għajjar lill-membri tal-Oppożizzjoni.
“Bir-rispett kollu ma ndaħqux nies, ma ndaħqux nies”
Intant Jason Azzopardi, Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u l-Green Initiatives, wera wkoll it-tħassib tiegħu fuq dan, u kif id-deċizzjoni fuq din il-policy dejjem qed tiġi mġebbda biż-żmien.
Tul il-kumitat ħareġ li l-Oppożizzjoni u s-Soċjetà Ċivili għandhom vuċi waħda, hekk kif insistew li m’għandux ikun hemm spekulazzjonijiet dwar materji bħal dawn, li jħarsu zoni fl-artijiet ODZ mifruxa ma’ Malta. L-Oppożizzjoni insistiet li trid iktar trasparenza fil-qasam ambjentali, u mhux inqas.
//= $special ?>