Libjan ta’ 36 sena tressaq il-Qorti quddiem il-Magistrat Joe Mifsud akkużat b’serq aggravat u li sar ricediv.
Jassem Al Tahr, li joqgħod l-Imsida, wieġeb mhux hati.
Il-kaz jirrigwardja serqa li seħħet fi tmiem il-ġimgħa minn residenza ta’ anzjana fil-Belt – serqa li saret minn tliet persuni.
Filmati tas-CCTV urew lit-tliet persuni jaħarbu mill-post b’laptop f’idejhom. Il-Pulizija rnexxielha tarresta lil Al Tahr, iżda t-tnejn l-oħra għadhom maħruba.
Il-magistrat Joe Mifsud ċaħad it-talba għal-libertà provizorja.