Lokali

Kjuwijiet ta’ barranin jibqgħu jiddominaw lil Identity Malta

Għexieren, jekk mhux mijiet, ta’ persuni dalgħodu spiċċaw fi kju biex jinqdew minn Identity Malta.

Dan il-filmat ironikament ittieħed xahrejn wara li Identity Malta ħabbret li rrevediet il-ħinijiet tal-ftuħ tagħha għax ma kinitx qed tilħaq id-domanda tan-nies.

It-tibdil kien daħal fis-seħħ wara li l-barranin wettqu protesta barra l-uffiċċji ta’ din l-aġenzija waqt li fuq il-midja soċjali ttellgħu ukoll ritratti ta’ barranin reqdin fl-art biex jisbħu minn ta’ quddiem fil-kju.

Iżda kif jixhed ċar dan il-filmat, jidher li Identity Malta xorta waħda mhix tlaħħaq mad-domanda u minkejja wegħdiet li se jiżdiedu l-impjegati biex il-kju jitnaqqas.