Il-manager ta’ Liverpool Alisson Becker se jitlef il-ġimgħat li ġejjin wara li weġġa’ l-pexxun fl-ewwel logħba tal-Premier League kontra n-Norwich. Il-gowlkiper Brażiljan ġie mibdul fid-39 minuta tar-rebħa ta’ 4-1 u kien mibdul minn Adrian f’dak li kien id-debutt tiegħu.
Liverpool huma mistennija li jiffirmaw lill-veteran Andy Lonergan b’kuntratt qasir biex iservi għal dan in-nuqqas. Lonergam jinsab bla klabb wara li ħalla lil Middlesbrough f’dan is-sajf. Hu mistenni jkun fuq il-bank tas-sostitut għall-konfront ta’ għada tal-UEFA Super Cup kontra Chelsea f’Istanbul.
Alisson kien fost il-plejers l-aktar importanti fl-ewwel staġun tiegħu ma’ Liverpool hekk kif kien strumentali biex rebħu l-UEFA Champions League u spiċċaw it-tieni fil-Premier League. Klopp qal li Alisson ma tantx weġġa’ fil-karriera u għalhekk qal li jrid jistenna biex jara kif jiżviluppa l-proċess tiegħu biex jirkupra. Iżda fuq kollox ikkonferma li se jitlef il-ġimgħat li ġejjin.
//= $special ?>