Wara li s-sena l-oħra ġie organizzat l-ewwel edizzjoni tal-festival MUSIC+, din is-sena l-Fondazzjoni Classique se tippreżenta t-tieni edizzjoni li se ssir bejn is-27 ta’ Settembru u l-1 ta’ Novembru 2019.
Dan se tikkonsisti minn numru ta’ recitals minn artisti lokali u internazzjonali, master classes fi strumenti differenti, workshops għal studenti tal-primarja, taħdidiet u opra mit-tfal għat-tfal. Il-master classes għal din is-sena waqt MUSIC+ se jkunu tlieta, fuq il-vjolin, il-pjanu u l-klarinett.
Fit-28 ta’ Settembru, fid-9 ta’ filgħodu ġewwa s-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu’, Victoria, Għawdex, il-vjolinista internazzjonali Anastasiya Petryshak se tagħti master class fil-vjolin. Fl-istess waqt, il-pjanista Lorenzo Meo, se jagħti master class fil-pjanu ġewwa s-sala tal-esebizzjonijet tal-Ministeru għal Għawdex.
Fid-19 ta’ Ottubru mbagħad, il-klarinettista ċelebri Corrado Giuffredi ser jagħti master class fil-klarinett ġewwa il-Gozo VPA School, ix-Xewkija, Għawdex fid-9 ta’ filgħodu.
Applikazzjonijiet għal dawn it-tliet master classes huma miftuħa u jagħlqu nhar il-Ġimgħa 16 t’Awwissu. Għal aktar dettalji kkuntatjaw: musicplusgozo@gmail.com.
//= $special ?>