Rafael Nadal żamm it-titlu li rebaħ sena ilu b’rebħa dominanti fuq Daniil Medvedev fil-finali tat-Tazza Rogers. L-Ispanjol kellu bżonn siegħa u 10 minuti biex għeleb lir-Russu 6-3, 6-0 biex rebaħ din il-kompetizzjoni f’Montreal għall-ħames darba.
Din ir-rebħa fissret il-35 titlu Masters, l-elf rebħa f’tournament kif ukoll l-ewwel darba li ddefenda titlu b’suċċess mhux it-tafal. Wara l-logħba, Nadal qal li din kienet l-aħjar logħba tal-ġimgħa u saħaq dwar l-importanza li jirritorna fuq courts iebsin u jirbaħ titlu.
Nadal ħa vantaġġ ta’ 3-1 fl-ewwel set wara li kiser is-service ta’ Medvedev, bil-kumplament tas-set iżomm mas-service hekk kif l-Ispanjol rebaħ 6-3.Iżda Medvedev għamel erba’ double faults fit-tieni set u għamilha aktar faċli għal Nadal. B’kollox, in-numru disgħa tad-dinja għamel 22 unforced errors tul il-logħba.
//= $special ?>