Inaki Williams ikkonferma l-impenn tiegħu li jibqa’ ma’ Athletic Bilbao meta ffirma kuntratt twil ta’ disa’ snin. Il-plejer ta’ 25 sena b’hekk għandu kuntratt sal-2028 u klawsola ta’ €135 miljun. Fl-ewwel kummenti tiegħu, Williams qal li jrid jagħmel il-klabb ikbar jekk hu possibbli. Williams lagħab 200 logħba mal-klabb Spanjol u lagħab f’kull logħba tal-kampjonat l-istaġun li għadda fejn skorja 13-il gowl.
Fl-2012, Alan Pardew kien iffirma kuntratt ta’ tmien snin bħala manager ta’ Newcastle iżda dam biss sentejn minnhom. Iżda dan il-kuntratt mhux l-itwal wieħed għal plejer hekk kif Denilson kien ingħaqad ma’ Real Betis fl-1998 b’kuntratt ta’ għaxar snin u ħalla l-klabb fl-2005 biex issieħeb lil Bordeaux. Fl-2017, Saul Niguez iffirma kuntratt ta’ disa’ snin ma’ Atletico Madrid.
//= $special ?>