Lokali

Aġġornata: Żagħżugħ l-isptar wara li sofra ħruq

Żagħżugħ ta’ 27 sena ġarrab grieħi ta’ natura serja hekk kif sofra ħruq waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fil-garaxx tar-residenza tiegħu fi Triq San Tumas il-Fgura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15am.

Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.

Fuq il-post marru minnufih Membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni u kif ukoll membri tal-ambulanza li ħadu lill-vittma lejn l-isptar Mater Dei fejn hemmhekk ġie magħruf li qed isofri ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

Il-pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.