Appell imqanqal ta’ Carrie Lam il-mexxejja ta’ Hong Kong, sabiex id-dimostranti ma jswasslux lil din il-belt f’dak hi ddeskriviet bħala ‘xifer l-abissi’.
Ftit tas-sigħat ilu Lam tat konferenza tal-aħbarijiet fejn qalet li Hong Kong jinsab f’sitwazzjoni perikoluża ħafna u li l-vjolenza se tpoġġi lil din il-belt f’pożizzjoni li ma tistax terġa lura minnha.
Lam kienet qed titkellem wara xhur ta’ protesti li bdew wara li ġiet proposta liġi ġdida li tista testradixxi persuni lejn iċ-Ċina. Iżda issa l-protesti żvolġew f’dimostrazzjonijiet li qed jinsistu dwar demokrazija b’saħħitha. Minkejja t-tentattivi tagħha, tul il-konferenza Lam intlaqgħet b’ħafna kritika u għajjat mill-ġurnalisti, filwaqt li hi ppruvat tevita l-mistoqsijiet tagħhom.
L-aħħar dimostrazzjonijiet seħħew propju fl-ajruport ta’ din il-belt u bħalissa hemm madwar 300 titjira ikkanellata minħabba f’hekk.
//= $special ?>