Ambjent Lokali

Il-​Ministru tal-ERA ilbieraħ ivvota kontra l-ERA u favur iktar bini f’Ħad-Dingli

L-Oppożizzjoni tinnota bi tħassib li l-bieraħ għall-ewwel darba l-Ministru għall-Ambjent li huwa responsabbli mill-ERA fil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar ivvota kontra l-pożizzjoni tal-istess ERA fil-Partial Local Plan Review of the North West Local Plan u ivvota favur iktar żvilupp f’Ħad-Dingli (Ta’ Kalċ).

Hekk sostna l-PN fi stqarrija maħruġa mid-deputat Jason Azzopardi.

Minkejja l-oġġezzjonijiet u r-riżervi tal-Oppożizzjoni, tal-għaqdiet ambjentali u anke tal-istess ERA, il-Gvern, inkluż il-Ministru Herrera ivvota favur iktar żvilupp, eżatt kif riedet l-Awtorità tal-Ippjanar li jseħħ fid-distrett elettorali tal-Ministru Ian Borg li hu responsabbli mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Jason Azzopardi saqsa, hemm fejn tasal aktar meta l-Ministru għall-ERA jivvota kontriha u jimminaha fil-Kumitat tal-Ambjent fil-Parlament?