Lokali

Il-Gvern irid juża’ sistema ta’ ‘kawlata’ – MUMN

Ritratt: Martin Agius

L-Unjoni tal-Infermiera u Qwiebel – MUMN – dalgħodu preżentat Protest Ġudizjarju kontra l-Gvern biex jibqgħu jkunu huma li jirrapreżentaw lill-fiżjoterapisti.

Huma saħqu li l-Gvern qed juża’ sistema ta’ ‘kawlata’ fejn ‘one size fits all’ .. xi ħaġa li l-MUMN, speċifikament il-fiżjoterapisti ma jridux.

Il-fiżjoterapisti ilhom madwar tliet snin b’ftehim kollettiv u jixtiequ li dan jibqa’ fis-seħħ… ftehim simili ta’ kif għandhom l-infermiera u l-qwiebel li juri li għal kull tip ta’ xogħol, il-ħaddiema għandhom bżonnijiet differenti.

L-MUMN saħqet li magħha għandha 170 fiżjoterapista mill-200 li hawn Malta u għalekk trid li jibqa’ jkollha rikonoxximent uniku fi ħdan il-fiżjoterapisti.

Lura fl-2016 l-MUMN kienet ingħatat ‘sole recognition’ bħala l-unika union li tirrapreżenta lill-fiżjoterapisti u l-istess unjoni tixtieq tibqa’ iżżom dan id-dritt ġaladarba għandha l-maġġoranza tal-fiżjoterapisti membri magħha.

Mhux eskluż li l-MUMN tieħu aktar azzjoni kontra l-Gvern jekk dan il-protest ma jintlaqax.

Ritratt: Martin Agius