Kurżitajiet

Li tifrex is-sodda filgħodu ħażin għas-saħħa

Filwaqt li hawn min jgħid li jista’ jkun aħjar għas-saħħa mentali li tagħmel is-sodda tiegħek kull filgħodu, jista’ jkun aħjar għas-saħħa fiżika li tħalliha mħarbta, jgħidu x-xjenzati.

Insa dak kollu li jgħidu dwar x’għandek tagħmel bil-friex kull filgħodu x’ħin tqum jew qabel titlaq għax-xogħol, għax li tifrex is-sodda tiegħek kull filgħodu jista’ tkun ħażin għal saħħtek.

Fil-fatt studji juru li għandek tieqaf tagħmel is-sodda tiegħek filgħodu malli tqum… Minflok, għandek tneħħi d-duvet minn fuq is-sodda u tħalli s-saqqu jieħu n-nifs.

Dan għaliex id-dud tat-trab iħobb s-sħana u l-umdità, u hu għalhekk li jħobbu s-sodda tiegħek.

Dawn id-dud filfatt jistagħu joħlqu reazzjonijiet, inkluż l-ażma u l-ekżema, kif ukoll għatis, għajnejn ħomor, ħakk, u nuqqas ta’ nifs fost oħrajn.

Jekk tħalli s-sodda tiegħek mhux magħmula kull filgħodu tkun qed tesponi s-sodda tiegħek għall-arja kiesħa li twassal biex id-dud imutu.

Importanti wkoll li regolarment taħsel il-friex u żżomm is-saqqu nadif b’ħasil regolari.

Kont taf? … Li dawn id-dud huma żgħar wisq biex narawhom b’għajnejna, IMMA qegħdin kullimkien… madwar 1.5 miljun ikunu fis-sodda tiegħek kull lejl… meta tkun rieqed.