Lokali

Immigrant jittella’ mejjet minn fuq dinghy; ieħor f’qagħda kritika

Operazzjoni ta’ salvataġġ mill-Forzi Armati ta’ Malta rriżultat f’persuna jittella mejjet minn fuq dinghy filwaqt li persuna oħra ġiet salvata iżda jidher li jinsab ukoll f’qagħda kritika.

Wieħed mill-persuni, ġie evakwat permezz tal-helicopter tal-Forzi Armata AW139 filwaqt li l-ieħor ittieħed fuq il-Patrol Boat P52.

Kollox jindika li ż-żewġ persuni huma immigranti li rriskjaw ħajjithom bit-tama li jsibu futur aħjar. Skont il-Forzi Armati iż-żewġ irġiel kienu waħedhom fuq id-dinghy.

L-irġiel x’aktarx xorbu ilma baħar f’mumenti ta’ disprament meta s-sħana għamlet bihom u spiċċaw bla ilma tajjeb għax-xorb.

Ċifri uffiċjali qed jgħidu li kienu 153 persuna li tilfu ħajjithom fl-ibħra bejn Malta u l-Italja bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena.